Maltese John


/1 Fil-bidu kienet il-Kelma, u l-Kelma kienet ma' Alla, u l-Kelma kienet Alla.
Din kienet fil-bidu ma' Alla.
Kollox sar biha; u xejn ma sar minghajrha milli sar.
Fiha kienet il-hajja; u l-hajja kienet id-dawl tal-bnedmin.
U d-dawl jiddi fid-dlamijiet; d-dlamijiet ma fehmuhx.
Kien hemm bniedem mibghut minn Alla, li kien jismu Gwanni.
Dan gie bhala xiehed, biex jixhed ghad-Dawl, biex il-bnedmin kollha jemmnu 
bih.
Hu ma kienx dak id-Dawl, izda nbaghat biex jixhed ghal dak id-Dawl.
Dak kien id-Dawl tassew, li jdawwal lil kull bniedem li jigi fid-dinja.
Kien fid-dinja, u d-dinja saret bih; u d-dinja ma gharfitux.
Gie fi hwejgu, u niesu ma laqghuhx.\
Izda lil dawk kollha li laqghuh, tahom issetgha li jsiru wlied Alla; lil dawk 
li jemmnu f'ismu.
Li twieldu, mhux mid-demm, u lanqas mir-rieda tal-gisem, u lanqas miririeda 
tal-bniedem, izada minn Alla.
U l-Kelma saret gisem, u ghammret fostna, (u ahna rajna l-glorja taghha, 
glorja bhal ta' l-Iben wahdieni tal-Missier,) mimlija grazzja u verita.
Gwanni xehedlu, u ghajjat, billi qal: Kien dan li ghidt ghalih: Dak li gej 
warajja sar qabli: ghax kien qabli.
U mill-milja tieghu lkoll hadna, u grazzja fuq grazzja.
Ghax il-ligi kienet moghtija b'Mose: izda l-grazzja u l-verita gew b'Gesu 
Kristu.
Hadd qatt ma ra 'l Alla f'xi zmien; l-Iben wahdieni, li hu fi hdan il-Missier, 
hu gharrfu.
U din hi x-xhieda ta' Gwanni, meta l-Lhud baghtu minn Gerusalem xi qassisin u 
xi Leviti biex jistaqsuh: int min int.
U hu stqarr, u ma cahadx; izda stqarr: Jien miniex il-Kristu.
U staqsewh: X'int mela? Int Elija? U qal: Miniex; Int dak il-profeta? U 
wiegeb: Le.
Imbaghad qalulu: Min int? biex nistghu naghtu twegiba lil dawk li baghtuna: Xi 
tghid ghalik innifsek.
Qal: Jiena l-lehen ta' wiehed ighajjat fid-dezert: Aghmlu dritta t-triq 
tal-Mulej, bhal ma qal Isaija l-profeta.
U l-mibghutin kienu mill-Farizej.
U staqsewh, u qalulu: Ghaliex mela tghammed, jekk mintix la l-Kristu, u la 
Elija, u lanqas dak il-profeta.
Gwanni wegibhom, billi qal: Jiena nghammed bl-ilma: izda fostkom hemm wiehed, 
li inthom ma tafuhx.
Dan hu dak, li jigi warajja, li sar qabli, u li jien ma jixraqlix inhollu 
l-qafla tal-qorq tieghu.
Dawn il-hwejjeg graw f'Bethabara n-naha l-ohra tal-Gurdan, fejn kien ighammed 
Gwanni.
L-ghada Gwanni ra 'l Gesu gej lejh, u qal: Ara l-Haruf t'Alla, li jnehhi 
d-dnub tad-dinja.
Dan hu dak li fuqu ghidt: Warajja gey ragel, li sar qabli: ghax kien qabli.
U jien ma kontx nafu: izda biex ikun imgharraf 'il Izrael, jien mela gejt 
nghammed bl-ilma.
U Gwanni xehed, billi qal: Jien rajt l-Ispirtu niezel mis-sema bhal hamiema, u 
qaghad fuqu.
U jien ma kontx nafu: izda dak li baghatni nghammed bl-ilma, qalli: Fuq min 
tara niezel l-Ispirtu, u jibqa' fuqu, dak hu li jghammed bl-Ispirtu s-Santu.
U rajt, u xhidt li dan hu l-Iben t'Alla.
U l-ghada raga' kien hemm wieqaf Gwanni, u tnejn mid-dixxipli tieghu.
U kif hares lejn Gesu hu u miexi, qal: Ara l-Haruf t'Alla.
U z-zewg dixxipli semghuh jitkellem, u marru wara Gesu.
Imbaghad dar Gesu, u rahom gejjin warajh, u qalilhom: X'qeghdin tfittxu? 
Qalulu: Rabbi (li tfisser, Mghallem) fejn toqghod.
Qalilhom: Ejjew u araw.
Gew u raw fejn kien joqghod, u dak in-nhar qaghdu mieghu: ghax kienet madwar 
l-ghaxar siegha.
Wiehed mit-tnejn li semghu l-Gwanni jitkellem, u mar warajh, kien Indri, hu 
Xmun Pietru.
Sab dan l-ewwel lil huh Xmun, u qallu: Sibna l-Messija, li jfisser Kristu.
U hadu ghand Gesu; U meta Gesu hares lejh, qal: Int Xmun bin Gwanni: int 
tissejjah Kefa, li jfisser Pietru.
L-ghada ried jitlaq ghall-Galilija, u sab 'il Filippu, u qallu: Ejja warajja.
Issa Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta' Indri u ta' Pietru.
Filippu sab 'il Natanael, u qallu: Sibna lil dak, li minnu Mose fil-ligi, u 
l-profeti, kitbu: Gesu minn Nazzaret, bin Guzepp.
U Natanael qallu: Tista' tohrog xi haga tajba minn Nazzaret? Qallu Filippu: 
Ejja u ara.
Ra Gesu 'l Natanael gej lejh, u qal ghalih: Ara wiehed tabilhaqq Izraelita, li 
ma fihx qerq.
Natanael qallu: Mniex gharaftni? Gesu wiegeb u qallu: Qabel ma sejjahlek 
Filippu, meta int kont taht it-tina, rajtek.
Wiegbu Natanael, u qallu: Rabbi, int l-Iben t'Alla: int s-Sultan ta' Izrael.
Wiegeb Gesu, u qallu: Ghax ghidtlek, rajtek taht it-tina, int temmen? Int ghad 
tara hwejjeg akbar minn dawn.
U qallu: Tassew, tassew inghidilkom: Intom ghad taraw is-sema miftuh, u 
l-angli t'Alla telghin u nezlin fuq Bin il-bniedem.

/2 U fit-tielet jum kien hemm tieg f'Kana tal-Galilija; u omm Gesu kienet 
hemm.